Għaddew ġimgħatejn mindu dan is-sit żvela li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).
Paul Pace fl-aħħar xhur kien qed jiġi investigat dwar miżapproprjazzjoni ta’ fondi fuq abbuż ta’ sahra.
Staqsejna lill-Pulizija dawn il-mistoqsijiet però sal-lum skiet itarax mill-awtoritajiet.
Tikkonfermaw dak li qed niżvela f’dan l-artiklu, li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace?
Jekk iva, għaliex dan it-tkaxkir tas-saqajn?
Hemm xi tip ta’ ftehim mal-Gvern sabiex is-Sur Paul Pace ma jitressaqx u b’hekk iżommu lill-MUMN kwieta?
Il-poplu qed jibda jistaqsi.