Dan is-sit żvela li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).
Għalkemm hawn skiet itarrax dwar dan kollu, minn naħa tagħna se nkomplu naġġornawkom dwar dak li qed jinżamm mistur.
Pawlu Pace għandu jirreżenja minn President tal- MUMN.
Il-pożizzjoni tas-Sur Pace mhix aktar tenibbli. L-Avukat Ġenerali diġà ta’ l-parir u l-kunsens sabiex minn naħa tagħhom, il-Pulizija jipproċedu kriminalment fil-konfront tiegħu.
Illum dan is-sit se jibda jistaqsi lill-‘Malta Union of Midwives and Nurses’ (MUMN), li tagħha Pawlu Pace huwa President.
Intom konxji li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tagħkom?
Jekk iva, tistgħu tgħidulna x’ inhi l-pożizzjoni tagħkom fil-konfront ta’ Pawlu Pace?
Taħsbu Ii s-sitwazzjoni li jinsab fiha l-President tagħkom qed tirrifletti tajjeb fuq il-Union?
Bħala Union, ddiskutejtu internament dwar Pawlu Pace?
Għal lum nieqfu hawn.