Wara li dan is-sit żvela li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN), il-bieraħ tlabna għar-riżenja ta’ Pawlu Pace minn President tal-Unjin.
Dan is-sit se jkompli joħroġ aktar dettalji. Kollox jiddependi kemm is-Sur Pawlu Pace idum ma jirreżenja. Aktar ma jtawwal, aktar se toħroġ informazzjoni dwar dan il-każ.
Sadanittant, fil-jiem ta’ qabel staqsejna lill-Pulizija mistoqsijiet relatati mal-investigazzjoni, però sal-lum bqajna ma smajna xejn.
Tikkonfermaw dak li qed niżvela f’dan l-artiklu, li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace?
Jekk iva, għaliex dan it-tkaxkir tas-saqajn?
Għaldaqstant, illum se nkomplu b’ mistoqsija oħra.
Il-pulizija qed tistenna li l-akkużi jkunu preskritti biex tmexxi?
Aktar informazzjoni fl-artiklu li jmiss.