Minn Korrispondent
Filwaqt li fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta bħal dan iż-żmien tas-sena jkunu qegħdin jiġu ċelebrati diversi quddies tal-Griżma tal-Isqof fejn kif jgħidu ż-żgħażagħ isiru suldati ta’ Kristu, hekk ukoll huma l-Laburisti fid-Duttrina tagħhom daqs li kieku ikunu qegħdin jiġu ppreparati għall-Griżma.
Id-Duttrina Laburista għandha għal qalbha lill-ħaddiem fil-milja kollha tiegħu u għalhekk hu Partit Laburista peress li qalbu max-xogħol – ‘Labour’ bl-Ingliż.
Mela min verament iħobb il-Laburiżmu, jiġifieri x-xogħol, jeħtieġ li jxammar u mhux jinħakem mill-letarġija li taf tkun l-istess rovina tal-Laburiżmu.