Il-bierah kont l-Qorti nsegwi l-każ tal-Vitals u fil-corridoio tal-Qorti tisma’ ħafna għidut u informazzjoni.
Kellimni xi ħadd dwar il-każ tal-koppja Harmsworth mil-Marsa li milux wisq wehlu bejniethom multa ta’ tmenin elf u sentenza sospenduta ta’ ħabs.
Milli jidher hafna stagħġbu kif il-Maġistrat Leonard Caruana sabhom ħatja specjalment meta kienu ingħataw il-pledge mal-ewwel darba li tressqu bl-avukat tagħhom ikun l-avukat Deputat Nazzjonalist Joe Giglio.
Però mbagħad jidher li l-koppja Harmsworth ħassu li għandhom jibdlu l-avukat u l-avukati l-ġodda insistew li ma setgħux jeħlu bil-provi li kien hemm.
Dak li qalu l-avukati l-ġodda jinsab rappurtat fil-gazzetti u qrajtu kollu. Jien ma nifhimx fil-Ligijiet imma milli qrajt nemmen li vera ma kellomx jinsabu ħatjin.
Il-Maġistrat Leonard Caruana li qed jisma’ wkoll il-każ tal-Vitals huwa magħruf li kien attiv fil-Partit Nazzjonalista. Anke f’dak l-kaz qed jieħu deċiżjonijiet strambi. Kont fl-awla diversi drabi nsegwi l-każ.
Imma lura għal każ tal-koppja Harmsworth. L-avukati l-ġodda ma kienux mil-kamp Nazzjonalista kif kien Joe Giglio.
Ippermettuli nagħmel domanda onesta. Jista’ jkun li l-Maġistrat Leonard Caruana ma ħax pjaċir li l-koppja Harmsworth biddlu lil avukat Giglio u qabbdu avukati oħra?
M’ għandix tweġiba iżda għandi dritt nistaqsi.
Mehmuż kopja tas-sentenza