Fejn Qed Tistaħba Sur Pawlu Pace

Share

Is-Sur Pawlu Pace tal-MUMN baqa’ ma weġibnix jekk hux veru li qed jiġi investigat kriminalment u lanqas irreagixxa għat-talba biex jirriżenja. Tal-mistħija.

 

Mela araw ftit.

 

Pawlu Pace, minflok iservi ta’  tarka għall-membri tal-union tiegħu, qiegħed jisserva bil-union u juża lill-membri bħala tarka għalih‼️

 

 

Daqshekk għal qalbu l-MUMN. Kuntent jaħraqha biex forsi minn għalih se jsalva.

 

Għalhekk, l-appell tiegħi lill-membri tal-MUMN hu biex ma jħallux aktar lil Pawlu Pace jisserva bihom. Jekk ma jitlaqx hu, itilqu intom mill-union. Illum qabel għada. 

 

Pawlu Pace messu jmur jistaħba x’imkien fejn ħadd ma jara lil wiċċu. La mhux qed jistaħba, allura, għandu jagħmel il-kuraġġ u jwieġeb kull mistoqsija li ġejja għalih. 

 

Se nkompli bil/mistoqsijiet;

 

1. Veru jew mhux veru Sur Pawlu Pace li tlabt lil diversi nies ikellmuni biex nieqaf nikteb dwarek?

 

2. Veru li dan għamiltu għax taf li ser nikxef il-verita’ kollha li int ma tista’ tiċħadha qatt?

 

3. Jekk m’inhix ngħid il-verita’, għaliex ma tfittixnix? Ma tfittixnix għax taf li ktibt sa issa, u li fadalli nikteb, mhu xejn hlief il-verità.

 

Minn għada nibda nistaqsik dwar il-fatti….ħafna minnhom fatti li għadhom qatt ma waslu għand l-Awtoritajiet.

 

Ftakar x’għidtlek Sur Pawl. Aktar ma ddum biex twarrab, aktar se nesponik mal-erbat irjieħ tad-dinja.

 

Dan is-sit qed jappella l-awtoritajiet sabiex isegwu b’ attenzjoni dak li se nkunu qed niżvelaw fil-jiem li ġejjin.