Neħħewli l-placards ħames darbiet.
Placards dwar l-verità li Daphne kella każ ta evażjoni ta’ taxxa u każ fuq vjolenza domestika fi żmien GonziPN.
S’issa mort ħames darbiet npoġġi l-placards fuq l-monument tal-Assedju biex jerġa’ jsir ta’ kulhadd imma tant qed idejquhom li kull darba neħħewhom.
Ara meta kienu jieħdu tal-puppatur Manwel Delia kemm editorjali u paroli fil-gazzetti iżda l-libertà tal-espressjoni ta’ Neville Gafa għanda valur ukoll u se nibqa’ nippersisti.
Taparsi qed tinjorawni imma qegħdin għassa għax tafu li qiegħed fis-sewwa. Ġibtkom iċċassati u ħallejthom bla kliem.
Għamilt rapport lil Pulizija li ħaduhomli. Qed nagħmel kollox skont il-Ligi u se nkompli.
Min jaħseb li se naqta’ qalbi se jgħarralu. Fis-sigħat li ġejjin nerġa’ mmur.
U mhux se naqta’ qalbi. Dak il-monument se jerġa’ jiġi tagħna lkoll.