Min qed iżomm biex is-Sur Paul Pace ma jitressaqx il-Qorti?

Share

Ġimgħat ilu, dan is-sit żvela li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

 

Paul Pace fl-aħħar xhur kien qed jiġi investigat dwar miżapproprjazzjoni ta’ fondi fuq abbuż ta’ sahra.

 

Fil-jiem li għaddew dan is-sit ippubblika dokumentazzjoni mibgħuta mill-‘Financial Crimes Investigation Department’ (FCID) lill-Financial Controller ta’ Mater Dei. 

 

 

Fl-istess komunikat, datat 8 ta’ Ottubru 2024, il-Pulizija qed jinfurmaw lil Mater Dei li Pawlu Pace jinsab investigat dwar reat li jġib miegħu sentenza ta’ ħabs.

 

 

Fis- sigħat li ġejjin, dan is-sit se jkun qed jiżvela fatti oħra li għadhom ma għaddewx għand l-awtoritajiet.