Ħafna staqsewni x’ naħseb fuq li qed jiġri.
Kelma waħda. Dispjaċut.
Dispjaċut għal Laburisti. Dispjaċut għal Gvern.
Dispjaċut ukoll għal Clayton għax jien mhux wieħed minn dawk li narmi n-nies. Rajt biżżejjed manuvri, li sofrejt minnhom jien ukoll, li jpinġuk bħala xi mostru u wara żmien toħroġ il-verità li kienet kollha storja mġebbda.
Nittama li Clayton jirnexxielu jirbaħ dan il-maltemp u jirritorna. Personalment naħseb li r-riżenja tiegħu minn Ministru kienet aktar minn biżżejjed u li konna tgħallimna mill-froġa li saret dwar Rosianne.
Tafu x’ jimlini saħħa bħal dalgħodu? Il-ħdura ta’ nies bħan-Nutar tal-Kurja li jogħxa fil-mibgħeda lejna l-Laburisti.
Kun af Sur Nutar tal-Kurja li jekk qatt xi darba nkunu se naqtgħu qalbna, kemm inħarsu lejn wiċċek u niftakru għaliex ma rridukomx qatt aktar fil-Gvern.