Minn ritratt li ttella’ fuq l-media socjali minn Borg Myatt u l-iktar ċirku ta canvassers qrib tiegħu jidher li fost dawn l-kanvassers hemm ċertu Manuel Gauci li jidher fir-ritratt.
Manuel Gauci li kien qrib l-kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien il-ħabs fuq akkużi dwar pedofelija. Is-sit ta’ Simon Mercieca kien irraporta kif Gauci kien abbuża minn Abner Aquilina li jinsab akkużat bil-qtil ta’ Paulina Dembska. Dan is-sit ma kienx f’pożizzjoni jikkonferma dan.
Fir-ritratt jidhru ftit għanqas minn għoxrin ruħ li jidher li huma l-iktar canvassers qrib l-kandidat Duncan Borg Myatt.
Dan is-sit diġà rrapporta dwar il-ħbiberija kbira bejn Borg Myatt u Stephen Spiteri, id-deputat Nazzjonalist wara r-racket ta’ certifikati mediċi foloz.