Sur Pawlu Pace,
👀
Jien erġajt.
Mela ejja nkomplu fejn ħallejna l-bieraħ.
Veru li f’dawn it-18-il sena int QATT ma dhalt għax-xogħol?
Veru li tul dawn it-18-il sena għall-bidu l-abbuż beda bil-mod, imbagħad bdejt iżżid id-doża u bdejt tinkludi talbiet għal ħlas ta’ overtime li int QATT ma ħdimt u ħlas għal on-call allowance li ma kienet QATT dovuta għax QATT ma kont on-call, imbagħad fl-aħħar 3 snin tħanżirt billi hadte medja ta’ 90,000 ewro fis-sena b’qerq?
Meta se tibda twieġeb Sur Pawl? Naf li tawk parir tinjurani għax b’hekk naqta’ qalbi u nieqaf, però għandek tkun taf jien ma naqta’ qalbi qatt.
Għandek tkun taf ukoll li jien ħadd ma jsikkitni bħal ma mdorri ma ħaddieħor.