L-imsieħba soċjali laqgħu l-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, li ġie ffirmat il-Ġimgħa filgħodu.
Dalgħodu Pawlu Pace kellu l-ardir jattendi għal Konferenza tal Aħbarijiet immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja.
Imma possibbli ma tistħix tidher quddiem il-kollegi tiegħek ta’ unions oħra?
Possibbli kellek l-ardir tagħti l-kummenti f’isem L-MUMN?
Sur Pawl, illum għamilt żball oħxon. F’dawn iċ-ċirkostanzi, qatt ma kellek titkellem f’isem l-MUMN. Issa se jkolli nikxef affarijiet xokkanti dwarek relatati mal-Union li qed tmexxi.
MUMN – iftħu għajnejkom għal dak li jiġi żvelat.
Il-lejl it-tajjeb Sur Pawl.