Sur Kummissarju,
Ippermettili niktiblek dwar il-każ ta’ Pawlu Pace.
Huwa sigriet magħruf li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).
Dejjem ikkunsidrajtek bħala bniedem serju u li ma tħares lejn wiċċ ħadd, u sakemm ma jirriżultax mod ieħor, lest niddefendik sal-mewt.
Jekk jogħġbok, ara li li taħtek ma jagħmlu xejn ħlief xogħolhom sew fuq dan il-każ.