Messaġġ lill-Anġlu Gafà

Share

Sur Kummissarju,

 

Ippermettili niktiblek dwar  il-każ ta’ Pawlu Pace.

 

Huwa sigriet magħruf li hemm kunsens tal-Avukat Ġenerali biex il-pulizija tmexxi kriminalment kontra is-Sur Pawlu Pace, President tal-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN).

 

 

Dejjem ikkunsidrajtek bħala bniedem serju u li ma tħares lejn wiċċ ħadd, u sakemm ma jirriżultax mod ieħor, lest niddefendik sal-mewt.

 

Jekk jogħġbok, ara li li taħtek ma jagħmlu xejn ħlief xogħolhom sew fuq dan il-każ.