IT-TAĦWID TA’ PAWLU PACE

Share

L-għodwa t-tajba Pawl,

 

Qomt jien.

 

Nispera li tħabbar ir-riżenja llum.

 

Kont fi ħsieb ma nistaqsik xejn illum, però bdilt fehmti, għax tant fadalli x’nistaqsik.

 

 

Ghal li jista’ jkun, Sur beżżiegħ Pawlu Pace, li qiegħed tevita li twieġeb il-mistoqsijiet li qiegħed nagħmillek, ma nagħmlux mod li qiegħed tevita li twieġeb għax taf li kull tweġiba tista’ tinkriminak, hux?

 

Sur beżżiegħ, ma nagħmlux mod li t-taħwid tiegħek ma jinvolvix biss taħwid ta’ fondi pubbliċi, imma taħwid ukoll fil-fondi tal-MUMN?

 

Għandek, Sur Kodard li għadek ma rriżenjajtx  għax ma tafx x’inhi mistħija, x’tgħidilna dwar il-bejgħ tal-kwartieri l-antiki tal-MUMN, u cioe’ fond bl-isem Les Lapins, li kien jinsab fi Vjal l-Indipendenza ġewwa l-Mosta?

 

Kif inbiegħ dan il-fond?

 

Lil min inbiegħ?

 

Kemm inbiegħ?

 

Kien hemm xi familjari ta’ xi ħadd imdaħħlin f’din il-biċċa negozju?

 

Min seta’  għamel kemxa flus minn dan in-negozju?

 

X’dettalji nagħtaw lill-membri tal-union dwar din il-biċċa negozju?

 

Tħallset xi senserija?

 

Lil min?

 

Għadni qed nistenna PAWL. Ibda wieġeb għax għadna lanqas nofs triq.

1 Comment

Connie December 4, 2024 - 4:27 pm

proset hekk titlob is serjeta

Post Comment