L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna lill-eks Ministru Chris Cardona għall-kummenti tiegħu dwar ir-rappurtaġġ minn ċertu ġurnalisti relatat max-xhieda li ta’ jumejn ilu.
Cardona staqsa lill-ġurnalisti “Għalfejn tibqgħu tigdbu, tgħawgu l-fatti u tirrappurtaw b’malizzja? Mhu veru assolutment XEJN.”
Jien kont qed nistenna l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jinvestiga lil dawk il-ġurnalisti responsabbli mir-rappurtaġġ u jivverifika jekk dak li ġie rrapportat minnhom hux korrett u skont dak li xehed Chris Cardona.
Xejn affattu.
Dak li twettaq minn dawn il-ġurnalisti huwa serju mmens għall-fatt li jekk ma rrappurtawx dak li verament intqal mix-xhud, allura bir-rappurtaġġ skorrett tagħhom ippreġudikaw il-każ.
Għaldaqstant, IĠM għandu jinvestiga dak li ġara fl-aħħar seduta.
1 Comment
Imisskom tisthu.
Mela issa kkomfermaw li il-gurnalisti ghandhom il-barka taghhom biex jigdbu.
Ara fiex wasalna f’dan il pajjiz. Kissirtuh pajjiz bil manuvri li qedghien taghmlu.
Shame on you.