Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri jisħaq li aktar testijiet dijanjostiċi fil-Kura Primarja jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-pazjenti, sakemm jintużaw b’responsabbiltà. Żvilupp importanti fil-kontroversja dwar l-introduzzjoni tat-teknoloġija Point-of-Care Testing (POCT) fiċ-ċentri tas-saħħa. Din id-darba kien ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Dr Stephen Spiteri, li esprima pożizzjoni ċara favur aktar aċċess għal testijiet dijanjostiċi fil-Kura Primarja. […]
L-ewwel ktieb fl-avventuri ta’ Katerina, in-Naħla Maltija, ġie mniedi mill-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija u huwa parti minn proġett li jgħin biex titqajjem kuxjenza fost it-tfal dwar l-importanza tal-bijodiversità u l-ħarsien tal-ambjent naturali. Bl-isem Katerina fl-Abitati Maltin, dan il-ktieb huwa l-ewwel avventura ta’ Katerina, il-mascot li tirrappreżenta lin-Naħla Maltija. Dan il-proġett huwa ffinanzjat mis-Small Initiatives Support […]
Il-Ministru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili Rosianne Cutajar irrappreżentat lil Malta fil-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-Ugwaljanza, li saret bejn it-22 u t-23 ta’ Novembru 2026 taħt il-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Matul il-laqgħa, il-Ministri Ewropej iddiskutew ir-rabta bejn l-ugwaljanza u l-kompetittività Ewropea, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ekonomija tal-kura, kif ukoll it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza […]