Search
Close this search box.

EASYJET se Żżid It-Titjiriet Minn u Lejn Malta Minn Diċembru li Ġej

Neville Gafa

~ 3 months ago

EASYJET se Żżid It-Titjiriet Minn u Lejn Malta Minn Diċembru li Ġej

 

Easyjet, il-linja tal-ajru low-cost Britannika, ħabbret li se żżid it-titjiriet tagħha minn u lejn pajjiżna mill-iskeda tax-xitwa li ġejja, fost detinazzjonijiet oħrajn ġodda. 

 

Fil-fatt il-linja tal-ajru, li fl-aħħar ta’ Mejju xtrat il-faċilità tal-manutenzjoni u tat-tiswija tal-ajruplani tal-SR Technics f’pajjiżna bħala l-bażi tal-operazzjonijiet relatati tagħha, għadha kemm nediet tliet rotot ġodda minn tliet ajruport fir-Renju Unit. 

 

Ma’ dan ħabbret il-bejgħ tal-biljetti fuq għaxar rotot, inkluż Malta, mill-Ajruport ta’ Southend f’Londra mal-ftuħ ta’ bażi ġdida s-sena d-dieħla. 

 

Mill-4 ta’ Diċembru li ġej, il-linja se topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa, l-Erbgħa u s-Sibt, mill-Ajruport ta’ Luton f’Londra minn u lejn Malta, bil-biljetti li jibdew minn madwar €42. 

 

Tliet rotot ġodda, inkluż pajjiżna, minn Southend minn Marzu tas-sena d-dieħla wkoll jinsabu għall-bejgħ. Minn hawn, l-Easyjet se topera erba’ titjiriet fil-ġimgħa, nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u l-Ħadd, bi prezzijiet simili għal dawk ta’ Luton. 

 

Aktar kmieni din is-sena, il-linja low-cost ħabbret li se tibda topera bażi fl-Ajruport ta’ Southend bl-użu ta’ tliet ajruplani. 

 

Ali Gayward, il-Country Manager tal-linja fir-Renju Unit, tenna li jinsabu entużjasti bit-tnedija ta’ aktar rotot, b’aktar minn 44 waħda ġdida mix-xitwa u għaxra oħra mill-bażi l-ġdida ta’ Southend mis-sena li ġejja. 

 

L-Easyjet isservi wieħed u għoxrin ajruport fir-Renju Unit, bi kważi 600 rotta lejn aktar minn 130 destinazzjoni fl-Ewropa u lil hinn. 

 

Source – One News

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *