Tiftakruha din?
Libell li seħħ ftit sigħat biss mill-għeluq ta’ kampanja elettorali u li sewa lill-Partit Laburista milli jirbaħ il-Gvern.
Kien libell li ħalla effett devastanti għall-fatt li ppreġudika eluf ta’ opinionijiet lejlet elezzjoni ġenerali li kellha tiddeċiedi id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Dak iż-żmien Dr. Alfred Sant kien fetaħ libell kontra l-Ex Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Ovvjament ma sewa xejn għax libell jieħu xhur u anke snin sakemm jiġi deċiż.
F’dan il-każ ma kienx dam u Dr. Eddie Fenech Adami kien instab ħati u ġie ordnat mill-Qorti jħallas Lm2,000 f’danni.
Ifhmu sew; mela Dr. Sant rebaħ Lm2,000 bħala kumpens. Mela mhux talli rebaħ ammont żgħir meta pparagunat mal-malafama kbira li vvinta dwaru EFA, talli tali gidba ssarfet f’telfa kbira għall-Partit Laburista.
Gidba li kkundannat lill-PL għal għaxar snin oħra lf-Oppożizzjoni.
Umiljazzjoni li ma tintesa qatt! Mhux worthed jew?
Min iħammeġ jaqbillu