Organizzazzjoni aħjar fiż-żona tal-Barrani biex innaqqsu t-traffiku mill-qalba tal-irħula.
Infrastructure Malta qed torganizza b’mod aħjar l-infrastruttura madwar ħames junctions biex b’hekk intejbu l-andament tat-traffiku fiż-żona tal-Barrani, f’Ħal Tarxien u Bulebel.
Qed isiru mill-ġdid ukoll is-servizzi tad-dawl, l-ilma, id-drenaġġ u t-telekomunikazzjoni.
Żidna wkoll rotot għaċ-ċiklisti u żoni pedonali aktar siguri.
Nirringrazzja lill-ħaddiema li bħalissa għaddejjin bix-xogħlijiet lejl u nhar sabiex naċċertaw li ż-żona tkun miftuħa għat-traffiku sal-bidu tas-sena skolastika li jmiss.
Ministru Chris Bonnett