Komplejt inqalleb fl-internet u sibt dan l-artiklu. Titlu ieħor xokkanti. Aħseb u ara l-kontenut tal-artiklu.
Nistaqsi lill-Prim Ministru.
Prim Ministru,
Int kuntent li jgħajjrek bill-ħasil tal-flus?
Inti trid tagħti eżempju u ma tħallix min iħammeġ ismek.
Għaliex qed tiġi kkundizzjonat minn sitwazzjoni ta liġi inadegwata li qed joħloq il-Gvern stess?
Minn x’hiex qed tibżgħu biex tibdlu l-liġi?
Min qed jheddidkom?
Prim Ministru, għandek obbligu tipproteġi mhux biss lilek innifsek iżda liġi li toffri protezzjoni lil kull min isofri abbuż jew malafama.