Search
Close this search box.

Rabja Fost l-Infermiera tal-Emerġenza f’Mater Dei

Neville Gafa

~ 3 weeks ago

Rabja Fost l-Infermiera tal-Emerġenza f’Mater Dei

 

 

Għamlu kuntatt miegħi diversi infermiera mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-isptar Mater Dei. Dan b’rabta ma kummenti li ta l-Ministru għas-Saħħa relatat mal-imsemmi Dipartiment.

 

Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa huwa qal li “L-istrateġija tal-Gvern għall-emerġenza hija speċi ta’ jigsaw puzzle, kif ilna ngħidu.  Aħna nixtiequ li dan is-settur ikun riformat. Qed immexxu r-riformi ‘l quddiem diġà. Qed immexxuhom bl-iktar mod li jiena nixtieq li huwa fast? Issa jiġġudika l-poplu.”

 

Il-Ministru sostna wkoll li l-ħaddiema tal-Emerġenza gawdew minn żieda fil-paga.

 

Bosta infermiera li tkellmu miegħi kienu sorpriżi u esprimew rabja għal dawn il-kummenti għaliex sal-lum il-Ħamis 29 ta’ Awissu 2024, dawn għadhom ma xammew ebda żieda fil-pagi tagħhom. “Dan biex ma nsemmux ukoll il-bosta riżenji ta’ infermiera mill-istess dipartiment.”

 

 

Dawn l-infermiera insistew miegħi biex nikteb u nwassal il-messaġġ tagħhom.

 

Nistaqsi;

 

Jistgħu l-awtoritajiet tas-Saħħa jikkonfermaw dak li sostna l-Ministru dalgħodu?

 

Huwa minnu li l-infermiera tal-Emerġenza gawdew minn żieda fil-paga?

 

Nistennew kjarifika.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *