Search
Close this search box.

Rule of Brother-In-Law

Neville Gafa

~ 3 months ago

Rule of Brother-In-Law

Tiftakru meta saret talba għall-investigazzjoni mill-Professur Arnold Cassola, f’Mejju ta’ tlett snin ilu fuq allegat imġiba abbużiva fuq il-pajsaġġ ta’ Blue Lagoon u xogħlijiet li saru f’Kemmuna biex jipprovdi servizzi lil tal-kjosks?

 

 

Fil-konklużjoni tiegħu, Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, wara li analizza l-fatti u ma sabx provi, ikkonkluda li mhux se jkompli jinvestiga lill-Ministru Clint Camilleri.

 

il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards qal li x-xogħlijiet li saru f’Kemmuna saru bil-barka tal-Awtorità tal-Ippjanar.

 

Rigward ix-xogħlijiet li kienu twettqu, il-Kummissarju rrimarka li mkien ma rriżulta, lanqas mir-rapport tal-Ombudsman, li x-xogħlijiet saru biex jaġevolaw lill-operazzjonijiet kummerċjali f’Kemmuna.

 

Sadanittant, il-bieraħ kien ikkonfermat li Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ħatret lir-raġel ta’ oħtha Matthew Tabone bħala l-Kap tal-uffiċċju tagħha. Kariga li ġġib magħha salarju ta’ 20,000 Ewro fix-xahar.

 

Rule of Brother-In-Law‼️

 

Xi tgħidilna dwar din Prof. Cassola?

 

Se tkun qed tagħmel talba għall-investigazzjoni?

 

Sinjuri tal-Oppożizzjoni, xi tgħidu dwar dan in-nepotiżmu sfrenat?

 

Se toħorġu tikkundannaw lil Metsola għal dan in-nepotiżmu?

 

Dan mhux ksur ta’ etika? Jew l-etika skont kif taqbel lilkom u lil butkom?

 

 

FRATERNITÉ

 

Dawn huma nies jemmnu li huma aħjar minn kulħadd, u li l-interessi ‘demokratiċi’ tagħhom għandhom ikunu protetti akkost ta’ kollox, anke a skapitu tall-bqija tal-poplu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *