Bil-gideb tista’ tikkundizzjona ħafna sitwazzjonijiet. Tista’ tbeżża nies, tant li jkollhom jobduk.
Tista’ twassal biex nies jiġu jitkarrbulek biex ma tweġġagħhomx u jaghtuk kull ma titlobhom.
Daqshekk hi b’saħħitha l-industrija tal-gideb!
Ara tahsbu li min jipprattika u jopera fl-industrija tal-gideb jagħmel dan għalxejn.
L-industrija tal-gideb trendi sew, u bħal kull industrija oħra, tiffjorixxi skont l inċentivi.
U l-inċentivi lil din l-industrija? Liġi ridikola ta’ żmien żemżem. Liġi attwali tad-daħk toffri inċentivi kbar lil min irid jabbuża u jopera fl-industrija tal-gideb.