Search
Close this search box.

Għatu lill-poplu dak li jixraqlu – “Daphne Law”

Neville Gafa

~ 3 months ago

Għatu lill-poplu dak li jixraqlu – “Daphne Law”

Wasal iż-żmien li jogħla l-ammont ridikolu tal-libelli. Sfortunatament, għandna Gvern li jibza’ jemenda l-liġi. Għaliex din il-biża ma nafx u għandi kurżità kbira li nkun naf x’qed iżommu milli jagħmlu dan.

 

Il-Gvern għandu obbligu jipproteġi l-vittmi tal-abbuż ġurnalistiku. Madankollu, wara 11 -il sena fit-tmun tal-pajjiż, Gvern Laburista għadu sal-lum ikaxkar saqajh u jabbdika milli jaġixxi.

 

Lil kull min tistaqsi jeżistux miżuri dixxiplinarji  kontra ġurnalisti li jabbużaw, ħadd ma jaf iwieġeb. U dan għal raġunijiet ovvji. Għax ma jeżistux.

 

 

 

 

Impunita’ assoluta ‼️

 

Se nibqa’ ninsisti li jkollna  “Daphne Law” – liġi li toffri rimedji lil-vittmi tal-abbuż u l-malafama.

 

Għaliex qed insejħilha Daphne Law? Għaliex kienet Daphne Caruana Galizia li żergħet iż-żerriegħa tal-mibegħda. Kienet DCG li bdiet din ix-xorta ta’ kitba odjuża.

 

Il-Gvern aħjar ixammar l-kmiem u jara x’se jagħmel. Il-poplu mxebba’ mit-terroriżmu psikoloġiku. Il-Laburist xeba’ jaqla’ swat minħabba liġi ta’ 40 sena ilu.

 

Sur Gvern, qed tistenna li l-poplu jirribella biex terfa’ r-responsabbiltà u tibdel il-liġijiet?

 

Għatu lill-poplu dak li jixraqlu; Daphne Law” – liġi li toffri rimedji lil-vittmi tal-abbuż u l-malafama.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *