Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista illejla appunta lil Nathaniel Attard bħala d-Direttur Komunikazzjoni l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.
Aħna nifirħilu għaliex dak hu t-twemmin politiku tal- Partit Laburista. Ma nixtiequ qatt deni lill-oħrajn.
Iżda tajjeb infakkru x’kariga kellu Nathaniel Attard.
Ifhmu sew.
Mill-2016 sa ftit sigħat ilu, Nathaniel Attard ħadem bħala Communication Manager ma’ BirdLife Malta.
Iva – Communication Manager tal-akbar NGO ambjentali f’pajjiżna.
Meta wieħed josserva dan iċ-ċaqliq, jintebaħ x’kienet il-veru aġenda tal-NGO.
Però nitkellmu iżjed tard dwar dan.