Laqgħatni l-kumment tal-ispokesperson tal-President Metsola fejn ġiet kwotata tgħid “Being married to someone in employment does not constitute a potential conflict of interest according to the Parliament’s rules.”
Għandha raġun. Ħadd ma għandu jiġi mċaħħad minn xogħol kwalifikat għalih minħabba l-mara jew ir-raġel tiegħu jew tagħha.
Il-vilta hi li fejn jidħlu persuni li ma jappartjenux għal Partit Nazzjonalista hemm hekk skond ħafna apoloġisti u abbatini ta’ l-istess partit tagħha, dawk ma jistgħux.
Mhux talli ma jistgħux, talli ngħadduhom minn kalvarju ta’ akkużi u nvestigazzjonijiet. Akkużi ta’ nepotiżmu, akkużi u investigazzjonijiet quddiem il-Kummissarju tal-Istandards u fora oħra kif ukoll tgħajjir ieħor vulgari u bi ħdura fuq il-media u s-social media.
Għax ma titwilidx bil-kuċċarina tal-fidda f’ħalqek, m’għandux iffisser li tkun trattat differenti minn ħaddieħor.
Għalhekk il-Partit Laburista kien u jibqa’ l-Partit tal-mobilta soċjali.