L-istorja ta’ Roberta Metsola u żewġha Ukko tkompli tikkonferma l-ipokrezija b’mod sfaċċat u d-double standards tal-għola livell.
Tippretendux li se jsiru xi protesti.
Tippretendux editorjali kontrihom.
Min bħali jiftakarhom sew fil-Gvern, jaf bi sħiħ l-arroganza li biha kienu jmexxu. L-istorja ma tinbiddel qatt.
Laburist li jiggradwa għalihom jibqa’ injorant.
Laburist li jmur tajjeb fin-negozju għalihom huwa korrott.
Laburist li jgawdi mill-mobiltà soċjali għalihom jibqa’ tat-tieni klassi. Huma le imma, jistgħu jagħmlu kollox!
In-nisa tagħna, li bħal Ukko huma relatati ma’ politiku, u minkejja li bħal Ukko huma kwalifikati u kompetenti, skont il-PN ma jistgħux jaħdmu.
Nistennew lill-paladini tad-demokrazija biex imorru jħabbtu fuq sidirhom f’ġieħ il-governanza u s-saltna tad-dritt!!