Nhar il-Ħamis 5 ta’ Settembru, fi tmiem seduta barra l-awla tal-Imħallef Edwina Grima, membru tal-familja Caruana Galizia għajtet kemm tiflaħ “Mafia”. Dan b’referenza ċara għall-Qorti u għall-Imħallef Edwina Grima.
Dan huwa REAT!
Dawn huma parti minn numru żgħir ta’ nies f’pajjiżna li jemmnu li għandhom Impunita’ Assoluta.
Ejja naraw x’tgħid il-liġi.
Art 93 Kodici Kriminali
93(1) Kull min jinġurja jew jhedded imħallef, jew l-AvukatĠenerali, jew maġistrat, jew ġurat, waqt li jkun jagħmel jew minħabba li jkun għamel id-dmirijiet tiegħu, jew bil-ħsieb li jbeżżgħu inkella li jinfluwixxi fuqu kontra l-liġi fid-dmirijiet tal-kariga tiegħu, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta’ priġunerija minn disa’ sa tmintax-il xahar u għal multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt euro (€500) u mhux iżjed minn elf u ħames mitt euro (€1,500). Ċirkostanzi aggravanti.
(2) Jekk l-iskop tal-inġurja jkun li jtellef jew inaqqas il-ġieh ta’dak li kontra tiegħu tkun ġiet magħmula, il-piena hija l-priġunerija minn tnax-il xahar sa sentejn u għal multa ta’ mhux inqas minns eba’ mitt euro (€700) u mhux iżjed minn elfejn u ħames mitt euro(€2,500).
Se nagħmel mistoqsija sempliċi;
jekk dak id-disprezz tal-Qorti li għamlet waħda minn ħut Daphne Caruana Galizia jsir minn Ġanni Borg, x’jigri?
Jiġi investigat? Iva, għax hekk tgħid il-liġi.
Allura f’ dan il-każ, li l-unika differenza huwa l-kunjom – Caruana Galizia, il-Qorti ser tinvestiga?
Il-Pulizija ser tinvestiga?
Se nibqa’ ngħafas li ssir investigazzjoni.