Sur Kap tal-Oppożizzjoni,
Dan l-aħħar fil-media ġie rrapportat kif Membru Parlamentari Nazzjonalista kien wieħed minn bosta persuni lil attenda briedel. Saħansitra fl-istess briedel qed jkun allegat li anke intużat droga.
L-istess rapport jgħid li dan l-istess Deputat Nazzjonalista jeżerċita l-professjoni ta’ tabib.
Dr. Grech, jien infurmat minn sorsi viċin ħafna tiegħek, li int taf min hu dan il-Membru Parlamentari. Kixfuk ta’ madwarek stess.
X’passi ħadd jew se tkun qed tieħu fil-konfront tiegħu?
Bagħat għalih biex titolbu spjegazzjoni?
Iffirma dikjarazzjoni li jiċħad li ma kienx parteċipi f’dawn il-briedel?
Jekk le, infurmajt lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga?
Fil-kariga Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, infurmajt lill-President tar-Repubblika ta’ Malta?
Infurmajt lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati?
Jekk le, x’żammek dan iż-żmien kollu biex tieħu azzjoni?
Minn x’hiex qed tibża’ milli tkeċċih mill-Grupp Parlamentari u mill-Partit Nazzjonalista b’effett immedjat?
Però ejja nagħtu ftit sigħat biex forsi tagħti kont lill-poplu u twieġeb.