Sur Mark Camilleri,
Ħalli niċċara. Jien QATT ma heddidt lil ħadd u jekk int qed tgħid li jien għamilt hekk, qed nirriżerva d-dritt li nieħu passi kriminali kontrik.
Issa ejja nitkellmu ftit dwarek. Għax qisek se terġa tiftaħ il-ġwienaħ.
L-ewwel nett għadek ma weġibtx għal din;
Int tiftaħar li tgħidx kemm taqla’ flus mill-Bitcoin. Int tiddikjara l-flus li taqla’ mill-Bitcoin għal fini ta’ taxxa?
Għandi aktar mistoqsijiet għalik.
Kemm ilek ma tirrikatta lil xi ħadd?
Meta kien l-aħħar li bagħat messaġġ lil vittma tiegħek permezz ta’ terzi persuni titolbu xi €30,000 biex tieqaf tikteb dwaru?
Il-flus li taqla’ b’dan il-mod, int tiddikjarahom mad-Dipartiment tat-Taxxi?
Għal lum nieqaf hawn.