F’jum il-Vittorja ktibt dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-qorti fil-Belt Valletta. Dan huwa monument tal-poplu Malti u mhux ta’ tużżana nies li jemmnu li huma l-magħżula minn Alla.
Illum għaddieli ħsieb;
Min jaf kieku l-monument tal-Assedju l-Kbir isir ukoll makeshift Monument għall-vittmi tal-hate speech?
Kultura ta’ hate speech bil-blogs mibdija mis-sinjura, tkompliet minn Manwel arriva u wkoll minn Mark Camilleri.
Makeshift monument solidarjetà mal-vittmi tal-hate speech.
X’taħsbu qarrejja ta’ dan il-blog?
Npoġġu l-fjuri b’solidarjetà ma ħajjiet u familji mkissra vittmi tal-hate speech u tixrid ta’ mibegħda li bdiet f’dan il-pajjiż il-blog tas-sinjura.
Aħna favur il-kritika, favur il-kummentarju iżda kontra l-mibegħda.
Jekk ħaddieħor għandu dritt jikkaparrah għaliex aħna l-vittmi le?