Bħalma diġà ktibt, jumejn ilu għamilt post dwar il-fatt li Karl Gouder ġie co-opted darbtejn fil-Parlament.
Il-post kien kummentarju politiku bbażat fuq fatti.
Nerġa ntenni jien qatt ma kelli konoxxenza tal-mibki Karl Gouder. Qatt ma ltqajna, qatt ma tkellimna, qatt ma kien hemm skambju ta’ messaġġi, emails jew telefonati.
Dan kollu jista’ jigi kkonfermat kemm -il darba l-Pulizija ghandha l-mobile u computer ta’ Karl Gouder, kif nifhem li għandha.
Barra minn hekk tlabt biex nixhed dan kollu quddiem l-awtoritajiet u nwieġeb kull mistoqsija li jaraw xierqa.