Ħbieb,
Żommu din f’moħħkom.
Id-Deputat Stephen Spiteri jgawdi minn IMPUNITA’ VERA.
Impunita’ li waslet sabiex ma ssir ebda investigazzjoni fil-konfront tiegħu mill-pulizija dwar ċertifikati foloz.
Tinsewx;
Lil Stephen Spiteri ħadd ma ħadlu l-laptop jew il-mobile jew saritlu search id-dar bħal ma sar u jsir ma ħaddieħor.
Protezzjoni assoluta.
Min qed jipproteġi lil Stephen Spiteri?
X’obbligazzjonijiet għandu Gvern Laburista lejn Stephen Spiteri biex baqa’ jipproteġih dawn is-snin kollha?
Huwa minnu li Chris Fearne, dakinhar Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa għamel pressjoni fuq il-Medical Council sabiex jibżgħu għal Stephen Spiteri?
Għaliex din l-Impunita’ ma Membru Parlamentari Nazzjonalista, meta fl-istess waqt bosta ex Ministri Laburisti tressqu l-Qorti?
Huwa minnu li dan Stephen Spiteri qed jgħaddi informazzjoni lill-Gvern dwar il-Partit Nazzjonalista?
Għaliex il-Laburist taħt Gvern Laburista jiġi stmat AGHAR min-Nazzjonalist?
X’ ma jirvellax il-Laburist!
Mela waqt li l-Labour jibqa’ jitlef is-suldati, it-tabib Spiteri jibqa’ protett mill-Gvern li l-istess Stephen Spiteri tant ħadem kontrih.
IMPUNITA’ VERA
1 Comment
Ilqadt il musmar fuq rasu, kemm hemm minnhom . Il laburisti veri huma dawk li l familja tahhom kienet imcappsa bid dnub il mejjet ta zmien GONZI.