Il-ġimgħa l-oħra ktibt dwar laqgħa speċjali ta’ Repubblika li nżammet il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024.
Il-Professur Vicki Ann Cremona ġiet ikkonfermata bħala l-President ta’ Repubblika.
Mill-ewwel għorkuni għajnejja dwar din il-laqgħa għaliex l-istqarrija li ħarġu Repubblika kienet xotta daqs id-deżert.
Għaldaqstant b’rabta ma din il-laqgħa bagħat xi mistoqsijiet lill-Prof. Cremona.
Qed nippubblika il-komunikat li kelli mal-Prof. Cremona għall-informazzjoni tal-qarrejja. Dawn huma l-mistoqsijiet u tweġibiet;
“Prof. Cremona,
Insellimlek u nispera li tinsab tajba. Jien Neville Gafà li qed niktiblek.
Nirreferi għall-laqgħa speċjali ta’ Repubblika li nżammet il-Ġimgħa, 6 ta’ Settembru 2024. Ippermettili nagħmel xi mistoqsijiet relatati;
Il-Media kienet mistiedna għall-laqgħa?
Tweġiba – Le
Tikkonferma li fil-laqgħa ġenerali ma kienx hemm attendenza ta’ iktar minn għaxar persuni?
Tweġiba – Le
Kemm membri qed tirrapreżenta l-għaqda Repubblika?
Tweġiba – 943
Waqt il-laqgħa speċjali, il-membri preżenti ngħataw rendikont ta’ ħidma?
Tweġiba – Iva
Ingħataw rendikont finanzjarju?
Tweġiba – Le. Ir-rendikont finanzjarju jingħata kull sena fil-laqgħa annwali.
Issa għandna l-konferma li l-media ma kienitx mistiedna għall-laqgħa.
Interessanti l-fatt li fl-aħħar sirna nafu l-limitazzjonijiet tal-għaqda Repubblika. Dawn għandhom total ta’ 943 membri. Aktarx każini tal-banda f’Malta u Għawdex għandhom ħafna aktar membri minn dawn li jriduha ta’ paladini tas-Saltna tad-Dritt.
Dan is-sit elettroniku rnexxielu jesponi l-limitazzjonijiet tal-għaqda Repubblika. Fil-jiem li ġejjin se nkun qed nippubblika aktar tagħrif interessanti.