Ħassejt għandi ninfurmakom minn x’hiex għaddejt fl-aħħar sigħat.
Bħal ma tafu daqsi u aktar, One News jinsab f’koma u TVM ikkastrat.
Matul dawn l-aħħar tliet xhur ippruvajt inpatti għal din l-apatija u ħadt l-inizzjattiva nikkritika persuni li jaħsbu li ħadd ma jista’ għalihom. Nies li għandhom Impunita’ Assoluta.
Jidher iżda li uhud xejn ma ħadu pjaċir b’dak li ktibt dwar l-Impunita’ ta nies bħal-għaqda Repubblika u Mark Camilleri.
Dan tal-aħħar qażżeż lil kulħadd jgħajjar u jhedded. Iżda ħadha bi kbira għax għidtlu li rrid immur nieħu kafè għandu. Fuq hekk spiċċat interrogat mid-dipartiment tar-reati maġġuri tal-Pulizija. Reati maġġuri ifmhuni!
Għandkom tkunu tafu Mark Camilleri huwa untouchable taħt Gvern Laburista. Jista’ jikteb u jagħmel ħsara kemm irid. Però ara ma tippruvawx tikkritikawh. Għandna Gvern maqbud mill-bajd minn Mark Camilleri.
Sfortunatament għall-awtoritajiet, illum ħabtu bieb ħażin. Għax inzertajt jien dawn il-mossi ma jdejquni xejn.
Anzi għandkom tkunu tafu li waqt l-interrogazzjoni, jien għaddejt tagħrif lill-investigaturi dwar l-Impunita’ li l-awtoritajiet Maltin qed jassiguraw lil Mark Camilleri.
Dan biex taraw sa fejn naslu ma ħutna l-Laburisti. Nassigurakom li mil-lum se nkompli ghaddej. Mark Camilleri kompli inkwieta li mhux se ssib tarfi.
1 Comment
Qed tahsibhom boloh in nies ?? xil madona ha tmur taghmel inti tihu il kafe ma mark ??? sarkaszmu tat talih lis stonku, kemm tahseb il initi bravu inti ? illek nizel u tila ir russia, a useful idiot to the fuckin communist…