Il-Partit Laburista għandu Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Parlament. B’vot ta’ fiduċja ta’ 95.8%, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg se jkun qed jokkupa wkoll il-kariga ta’ Deputat Prim Ministru.
Wara li aċċetta s-sejħa tal-Laburisti sabiex jitfa’ n-nomina, illum id-delegati kkonfermaw il-fiduċja assoluta fih.
Nemmen li Ian Borg se jkun qed ixammar il-kmiem mill-ewwel jum tal-ħatra.
Fadal ħafna xi jsir u persważ bl-esperjenza kbira li għandu, anke fuq livell Internazzjonali, Ian Borg se jkun qed jagħti nifs ġdid lill-Ammistrazzjoni li tmexxi l-pajjiż. Se jkun qed jixpruna l-ħidma għal Malta aħjar.
1 Comment
Prosit U awguri DPM. Bik fit tmun serhan tal-mohh ghal.aktar kisbiet