Artiklu fuq Times of Malta jirrapporta l-MEP Peter Agius ġie mmultat għal ksur tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi blokk appartamenti li għandu fil-Mosta.
Bħal ma tafu, f’Ġunju li għadda kont ktibt dwar ksur ta’ regolamenti tal-OHSA fl-imsemmija proprjetà.
Meta mitlub jagħti l-kummenti tiegħu, Peter Agius qal li wara diversi posts fuq il-midja soċjali minn Neville Gafa, ġie kkuntattjat mill-OHSA, u li minn naħa tiegħu pprovda evidenza li l-bini kien konformi mar-regolamenti kollha meħtieġa dwar is-saħħa u s-sigurtà.”
Però Peter Agius qal nofs verità. Dan għall-fatt li ftit jiem biss ‘il bogħod mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kienet saret spezzjoni minn uffiċjali tal-OHSA fuq il-post.
Dan wara li kien l-istess Peter Agius li espona rregolaritajiet meta xandar filmat tal-binja fuq il-mezzi soċjali.
Marbut ma dan il-każ, dan is-sit elettroniku ra evidenza li turi li ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, uffiċjali ogħlja fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien ingħadda lilhom tagħrif dwar dawn l-irregolaritajiet, iżda minn Kastilja raw li kollox jibqa’ mistur.
Dan biex kulħadd ikun jaf il-verità tal-fatti.
Iva ta’ Kastilja kienu strumentali sabiex jinħeba dan il-każ. Dan wassal sabiex il-Partit Laburista jitlef ir-Raba’ Siġġu u li ġie mirbuħ minn ħadd ħlief Peter Agius.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Prosit bhal dejjem. Kompli ikxfilhom