Birdlife ħarġu jgħidu lill-Prim Ministru biex jeħodha kontra l-Ministru Clint Camilleri.
Għaliex? Għax Clint il-Bedeq (li nannuh kienu ippruvaw jixtruh in-Nazzjonalisti tar-Rule of Brother in Law biex iwaqqa’ l-Gvern ta’ Mintoff iżda beżqilhom mis-sunnara) mhux faċċol.
Kulħadd jaf li kaċċatur u dejjem żamm mal-prinċipju. Mhux bħal ħaddieħor minn kull naħa li jilgħab fejn jaqbillu.
Jien nistaqsi xi kredibilta’ jistgħu jkollhom Birdlife meta Nathaniel Attard iċċaqlaq mill-Partit Nazzjonalista għal għandhom u kien imexxihom. Issa Attard reġa’ mar lura għand il-PN.
Ma naħsibx li l-kaċċaturi qatt apprezzaw veru dak li għamel magħhom Gvern Laburista. Ibda minn Karmenu Mifsud Bonnici u kompli minn Alfred Sant u minn Joseph Muscat. Kieku dan ma ħariġx għonqu għalihom ma kien jintrebaħ qatt ir-referendum.
Xorta ħafna minnhom belgħu il-lixka ta’ Eddie Fenech Adami u Simon Busuttil.
Issa malajr imorru jeħduhom kontra l-Bedeq.
Żomm sod Clint.