Il-bieraħ ktibt kif il-Fariżej Alex Borg ikkritika lill-Gvern għax fi kliemu “korp kissruh u demotivawh”.
Il-Fariżej Alex Borg għoġbu jitkellem ukoll dwar ir-rispett lejn il-Korp tal-Pulizija.
Il-bieraħ sfidajtu biex jikkonferma jew jiċħad hux minnu li ta’ spiss iħalli l-vettura f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ. Dan b’Impunita’ u b’nuqqas ta’ rispett lejn il-Korp tal-Pulizija.
It-tweġiba tiegħu kienet waħda li tirrifletti l-arja li għandhom dawn in-nies.
“Bħal kull ċittadin infrazzjoni tat-traffiku jekk ipparkjajt ħallastha dejjem u bla tlaqliq.”
Dan ifisser li kien jaf li qed jikser il-liġi però xorta ħass li għandu jagħmel li jrid.
Onor. Alex Borg,
Tikkonferma li mhux l-ewwel darba li tħalli l-vettura tiegħek f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk?
Tikkonferma li tagħmel dan vilment f’wiċċ il-Pulizija?
Jaqaw Pjazza San Franġisk proprjetà tiegħek?
Din x’Impunita’ hi Alex Borg? Dak eżempju eh, minn politiku li qed jaspira jkun il-kap tal-Partit Nazzjonalista‼️
Prosit għalik.
Se twieġeb Alex Borg issa?