Onor. Alex Borg,
Rajt it-tweġibiet tiegħek għall-mistoqsijiet li għamiltlek.
Ippermettili ninfurmak li min lestielek il-profil tiegħi wassallek tagħrif skorrett relatat mal-postijiet tax-xogħol tiegħi. Dan biex toqgħod attent lil min tqabbad jiktiblek it-tweġibiet.
Issa ejja niġu għad-dunque.
Dwar il-mistoqsijiet li għamiltlek nagħtik parir ma tantx titmassħan għalija, għaliex għandek tkun taf li kienu uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista stess li talbuni nistaqsik.
Dawn huma uffiċjali fil-PN li saħansitra għandhom ritratti tal-vettura tiegħek f’post mhux awtorizzat għal parkeġġ fi Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.
Fit-tweġiba tiegħek ktibt li “l-membri tal-korp tal-pulizija jafu fejn huma miegħi”. Appuntu, għalhekk staqsejtek jekk hux minnu li ħallejt il-vettura tiegħek f’post mhux awtorizzat, għaliex kienu uffiċjali fil-Korp stess li kkummentew li tagħmel dan vilment f’wiċċhom.
Min fejn hi ġejja din l-Impunita’ kollha Onor. Borg?
Nagħtik parir iddur dawra madwarek u tara x’inhi l-pożizzjoni tiegħek fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Mhux kull min itaptaplek fuq dahrek jixtieqek timxi ‘il quddiem. Però dwar dan nieqaf hawn għal lum.
Issa la staqsejtni “Next one Sur Gafà”, għandi mistoqsija oħra għalik;
Huwa minnu li mhux l-ewwel darba li tpejjep f’postijiet fejn it-tipjip huwa projbit?
Prosit għalik ħej‼️ Nispera li mhux veru din.
Nistenna tweġiba tiegħek.