Innutajt xi ħaġa interessanti.
Rajt artiklu tal-Malta Today dwar żvilupp li miktub b’ingwanti tal-ħarir. Saħansitra taħt it-titlu jagħtu verżjoni tal-iżviluppatur. Fl-artiklu hemm kwotazzjonijiet mill-iżviluppatur kemm se jirrispetta l-ambjent.
Nieħu pjaċir jekk din hija l-attitudni ġdida tal-Malta Today li jagħtu kulħadd jgħid tiegħu u mhux ipinġu lill-iżvilupp kollu fl-istess keffa.
Nittama li mhux mall-Corinthia biss se jagħmlu hekk. Ma rridx naħseb li kieku per eżempju kien Joe Portelli, li m’għandi xejn minnu, dawn kienu jgħidu li żvilupp mostruż u ma jagħtux każ x’jgħid. Għax imbagħad ikolli x’nitħasseb għaliex isir hekk.