Search
Close this search box.

Arnold Cassola u t-trasparenza

Neville Gafa

~ 2 months ago

Arnold Cassola u t-trasparenza

Prof. Cassola,

 

Int mhux il-vuċi ta’ min jibza’ ? Allura kif spiċċajt beżżiegħ aktar minn kulħadd? Dembek bejn saqajk?

 

Fejn wasal l-ilment dwar “Metsokrazija” għal quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika? Ja FALZ.

 

Ħalli niġu għal suġġett ieħor.

 

Cassola int għamilt kruċjata kontra l-ippjanar u l-iżvilupp f’Malta. Li kien għalik ma jsir xejn għax kull proġett “mhuwiex sostenibbli u li m’għandux jinbeda.”

 

Akkużajt lill-iżviluppaturi li iridu jagħmlu l-flus malajr askapitu tad-drittijiet tar-residenti u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

 

Saħansitra tallega li teżisti assoċjazzjoni kriminali bejn l-iżviluppaturi u l-gvern.

 

Arnold Cassola,

 

Issa ħalli nistaqsik dak li l-ebda politiku jew ġurnalist qatt ma staqsiek;

 

Int ġieli xtrajt u biegħet proprjetà?

 

Jekk iva, mela int tissejjaħ żviluppatur. Mhux hekk?  Mela f’dak il-każ allura int żviluppatur u ippokrita!

 

Jekk int żviluppatur, tista’ tiddikjara kemm il-proprjetà għandek?

 

Tista’ tiddikjara kemm il-proprjetà xtrajt u biegħet?

 

La temmen fit-trasparenza mhux se jkollok problema twiegeb.  Mhux hekk Cassola?

 

Isa wieġeb għal għandi aktar mistoqsijiet għalik.

Tinsiex li f’Mejju li għadda int ftaħart li l-prijorità ewlenija għalik hi li ttejjeb il-ħajja tar-residenti. Nitkellmu dwar dan f’artiklu li jmiss.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *