Mela fis-sigħat li għaddew Michael Piccinino kkonferma li għalissa se jkun qed jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Sakemm qed nikteb dan l-artiklu, l-ebda Fariżej minn dawk li tajtx kemm kitbu eloġji (u kien jixraqlu) dwar il-mibki Karl Gouder ma żżarda jitniffes.
Qisu ma ġara xejn‼️
Sur Kap tal-Oppożizzjoni, se nistaqsi lilek, għax int wieħed minn dawk il-Fariżej. Sa kkonfermajt li se tinnomina lil Gouder għal ġih ir-Repubblika meta għad hemm inkjesta miftuħa.
Ja Rabbi sabbarni🙏
U issa bdejt nemmen li internament għandkom aktar minn sempliċiment idea ta’ x’seta’ wassal għal din id-disgrazzja.
Allura dan ifisser li Gouder kien l-uniku wieħed li għamiltulu pressjoni kbira biex jaċċetta?
Jiġifieri jekk mhux Gouder m’hemm ħadd iktar interessat?
Jekk ħadd ma kien interessat fil-kariga għal raġunijiet ovvji, jikber is-suspett li għamiltulu pressjoni żejda biex tużawh biex issoddu t-toqba. Anzi mhux toqba iżda ħofra. Ħofra kera ta 30 miljun ewro dejn.
X’tip ta stress ikkawżatlu din l-pressjoni jekk saret?
Għandi kull dritt li nistaqsi, iżjed u iżjed meta kulħadd baqa’ mutu anke wara l-kummenti ta’ Piccinino.
Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.