Search
Close this search box.

Kummenti minn Vince Marmarà

Neville Gafa

~ 2 months ago

Kummenti minn Vince Marmarà

Ħafna staqsewni dwar is-sitwazzjoni politika u s-surveys bħalissa.  Dawn huma l-kummenti tieghi.

 

1. Mhux se nikkummenta dwar metodu użat f’surveys oħra u ċertu aġendi.  Mhux se il-noqgħod nilgħab dan il-logħob.  Minflok se nitkellem dwar dak li jirriżultali minn riċerka tiegħi.

 

2. Mhux nara sitwazzjoni fejn il-PL hu minn taħt u nara li ċertu riżultati ġejjin minn interpretazzjoni żbaljata tan-numri.

 

3. Xorta hemm affarijiet u messaġġi ċari għal Gvern u l-Partit Laburista, uħud minnhom m’humiex sbieħ.  Mir-riċerka tiegħi li dalwaqt nippubblika joħroġ iżda li hemm hafna Laburisti indeċiżi.  Dan jpoġġi s-sitwazzjoni politika fis-sitwazzjoni ta’ dak li konna qed ngħidu f’Ġunju u qabel li hemm ħafna votanti PL li huma inċerti x’ser jagħmlu jew mhux ser jivvutaw.

 

4. Il-poplu jaf li l-Gvern qed jagħtih il-flus iżda dan issa m’ għadux biżżejjed. Il-poplu għandu aspetattivi differenti.

 

5. Min-naħa tiegħu, minflok jipprova jikkonvinċi, il-Gvern reħa l-aġenda f’ idejn l-għaqdiet u social media. 

Eżempju ta’ dan hija l-kwistjoni tal-barranin. Partiti qegħdin hemm biex jgħatu d-direzzjoni lill-pajjiż, anke fil-kwistjoni tal-barranin jridu jgħidu u jkunu kapaċi jikkonvinċu biex juru fejn hemm bżonn barranin. Elezzjoni ma tintrebaħx bil-likes iżda bl-imħuħ u qlub.

 

6. L-Oppożizzjoni wieqfa fil-voti li għandha.  Bis-sitwazzjoni attwali mhux se żżid sakemm ma tagħmilx ċertu bidliet.  Fin-nuqqas ta’ dan, iċ-ċansijiet tagħha bħalissa jiddependu biss mill-għażliet tal-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *