Tħabbar li Repubblika u Occupy Justice se jkunu qed ifakkru s-seba’ sena mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Nibda sabiex nerġa’ nagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u nitlob l’Alla jagħtiha l-glorja tal-Ġenna.
La darba jkomplu jfakkru lilha, dan is-sit elettroniku se jkun qed ifakkar lilha wkoll.
Dan is-sit se jkun qed jirreferi għall-fatti. Xejn aktar u xejn anqas.
Min kienet Daphne?
Evażjoni tat-Taxxa
Nhar it-2 ta’ Diċembru 2014, Malta Today irrapportat kif Daphne Caruana Galizia kienet intalbet tħallas €101,194 f’VAT. Dan wara li awditjar fuq id-dħul tagħha bejn l-2004 u l-2012 stima €562,191 f’bejgħ mhux iddikjarat mill-produzzjoni ta’ rivisti fost sorsi oħra tad-dħul.
Dan jagħmilha ‘tax evader’ u kieku llum il-ġurnata tiġi kkunsidrata bħala ‘money laundering’.
Dan l-aħħar kelna każijiet simili bħal dak tal-laħam u tal-hairdresser u ta’ Christian Borg.
Reat kriminali ta vjolenza domestika
Peter Caruana Galizia, ir-raġel ta’ Daphne kien għamel rapport lill-pulizija fil-konfront tagħha fejn sostna li kellhom argument u saħansitra hi kienet tefgħet platt fid-direzzjoni tiegħu, bil-konsegwenza li ġarrab ġrieħi ħfief.
Illum il-ġurnata, persuni b’rapporti simili jitressqu l-qorti b’arrest u ħafna drabi ma jingħatawx il-libertà proviżorja u jispiċċaw il-ħabs.
Reat kriminali ta hate speech
Fil-blog tagħha, Daphne Caruana Galizia kienet tikteb blogs li bil-kriterji tal-llum jikkwalifikaw bħala ‘hate speech’, liema ‘hate speech’ huwa REAT kriminali u żgur mhux forsi s-Sinjura Caruana Galizia kienet tispiċċa torqod u tqum qorti.
Reat kriminli dwar Drogi minn binha
Tajjeb niftakru kif binha kien tressaq il-Qorti akkużat b’reati ta’ droga.
Dan biex ma nsemmux l-avukat tagħha Dr. Roberto Montalto li jinsab flaġellat b’ammont ta’ rapporti ta’ swat u molesti fuq il-ħabiba tiegħu Chantelle, xufier ta’ taxi, u li meta ma jkunux miġġielda jidhru jiċċaċraw Strada Rjali u fill-ħwienet tax-xorb il-Belt Valletta.
Matul dawn il-ġranet, għal min nesa’ se nkunu qed infakkru min verament kienet is-Sinjura Caruana Galizia. Dan minħabba ‘brainwashing’ kontinwu minn dawk li jaħsbu li l-poplu għandu memorja qasira.