Sadattant, fl-aħħar ġimgħat komplejt indur ir-Rapporti Finanzjarji ta’ Repubblika u minnhom ħriġt dawn il-mistoqsijiet.
“Nirreferi għal Annual Report and Financial Statements datat 31 ta’ Diċembru 2023.
Fl-imsemmi Rapport ġew iddikjarati l-ammont ta’ Ewro (€) 51,124.
1. Tista’ tgħidilna kemm kien hemm kontributuri?
2. Kemm mill-kontributuri jirrisjedu Malta.
3. Kemm mill-kontributuri jirrisjedu barra minn Malta.
4. Il-kontributuri li jirrisjedu barra minn Malta, tista’ tindika f’liema pajjiżi jirrisjedu?
Fl-imsemmi Rapport ġew iddikjarati l-ammont ta’ Ewro (€) 6,950 f’donazzjonijiet mgħotija mill-għaqda Repubblika.
Tista’ tgħidilna lil min ingħataw u kif kienu maqsuma?”
Mistoqsijiet sempliċi ħafna.