Live mill-Qorti
Sittlington : “L-esperti ħadu żball u m’għaddewx id-dokumenti kollha lill-inkjesta.”
Issa beda jixhed Sam Sittlington. Qed jitkellem dwar l-operat tiegħu fl/inkjesta.
Aktar qabel;
Dr. Vince Galea f’isem Dr. Muscat: qabel ma jixhed minħabba li l-inkjesta kienet ibbażata fuq ir-rapport tiegħu, irridu nagħmlu mistoqsijiet fuq l-integrità tiegħu.
L-avukati l-oħra kollha qablu miegħu.
Ix-xhud ordnat joħroġ mill-awla.
L-uffiċċju tal-avukati ġenerali qed joġġezzjona għal din It talba. L-avukati tad-difiża għandhom isegwu l-proċeduri stabbiliti. Dan l-espert inħatar mill-Qorti u dan jagħti s-serħan -il moħħ neċessarju dwar l-integrità tiegħu.
Dr. Stefano Filletti xhud espert ta opinjonijiet professjonali tiegħu suppost oġġettiva. Il qorti f’mejju kkonfermat l-esperti kollha tal-inkjesta. Nistaqsi jekk ċerti fatti ddikjarhomx lil-maġistrat inkwerenti.
Dan ix xhud bagħat emails, beda jipprova juża informazzjoni miġbura fl-inkjesta biex joffri pakketti kummerċjali lill-pulizija u fl-emails jsemmi dik li jsejjaħ “relazzjoni diġà għandna bejnietna” meta jsemmi l pulizija. Dan ma jista’ ikun qatt li espert tal-Qorti jkollu din it-tip ta’ relazzjoni. Għalhekk hemm il ħtieġa ta’mistoqsijiet fuq l-integrità tiegħu.
Edward Gatt : dan ix xhud espert ipprova jagħmel dak li wettaq f-Malta waqt inkarigu mogħti lilu mill-Gvern tar-Renju Unit. Fuq l-istess prattika il-gvern tar-Renju Unit keċċih mill-inkarigu tiegħu. Jiġifieri mhux l ewwel darba li ġab ruħu b’dal mod.