Search
Close this search box.

LIVE :Jixhed Sam Sittlington espert fl-inkjesta imqabbad mill-Qorti (2)

Neville Gafa

~ 2 months ago

LIVE :Jixhed Sam Sittlington espert fl-inkjesta imqabbad mill-Qorti (2)

Live mill-Qorti

 

 

Għal ħafna mill-mistoqsijiet li qed isirulu minn numru ta’ avukati difensuri, Dr. Sittlington qed iwieġeb li ma jiftakarx u qed jitfa’ kollox fuq il-Magistrat Gabriella Vella.

 

Il-Qorti hija aġġornata sa 2pm biex jingħata ftit ħin ta’ mistrieħ lil Dr Sittlington.

 

Aktar qabel;

 

Dr Galea : Tikkonferma illi waqt li kont qed isservi ta’ espert indipendenti f’din l-inkjesta għaddejt proposta biex toffri s-servizzi tiegħek lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta?

 

Dr Sittlington : Intlabt nissotometti proposta mill-korp tal-pulizija għal taħriġ ta’ uffiċjali Maltin.

 

Dr Galea : Kemm kien il/valur ta’ din il/proposta?

 

Dr Sittlington : Ma nafx. Għax riedu jiġu fondi mill-UE.

 

Dr Galea : Jekk ngħidlek kważi miljun?

 

Dr Sittlington : Ma niftakarx il/valur. Ma tfajtx somma fil-proposta tiegħi.

 

Dr Galea : Imma kont se titħallas għal xogħolok?

Dr Sittlington : Iva

 

Dr Galea : B’liema rata?

 

Dr Sittlington : Jekk kienu se jaċċettaw il/proposta kont se nippreżenta rata.

 

Il-Magistrat Rachel Montebello : Dr. Sittlington infakkrek li qed tixhed taħt ġurament u jekk ma tgħidx il-verità hemm il-konsegwenzi.

 

Dr Sittlington : Ma niftakarx imma iva possibli li kien hemm rata ta’ ħlas fil-proposta li għamilt.

 

Dr Galea : Tikkonferma li meta l-proposta ma kenitx se sseħħ inti tlabt informazzjoni fuq ċerti individwi bħall eks Segretarju Permanenti Alfred Camilleri?

 

Dr Sittlington : Ma niftakarx.

 

 

Aktar qabel;

 

Dr Vincent Galea : Meta tqabbadt mill- Magistrat Vella kienet l-ewwel darba li kont appuntat espert f Malta?

 

Dr Sam Sittlington : Le. Kont imqabbad fl 2017.

 

Dr Galea : Barra minn fejn int ibbażat, dan kien l-ewwel darba li ħdimt bħala espert jew kien hemm drabi oħra?

 

Dr Sittlington : Iva ħdimt f’diversi pajjiżi.

 

Dr Galea : F’Guyana?

 

Dr Sittlington : Iva.

 

Dr Galea : Min keċċiek mix-xogħol li kellek f’Guyana? Il Gvern Ingliż ?

 

Dr Sittlington : Le.

 

Dr Galea : Il-Kummissarju Għoli Ingliż f’Guyana keċċiek minħabba kunflitt ta’ interess. Sinjura Maġistrat qed nippreżenta sett ta’ dokumenti li jikkontradixxu x-xhieda ta Dr. Sittlington.

 

Dr Galea : Il-kuntratt tiegħek f’Guyana ġie tterminat?

Dr Sittlington : Iva imma mhux mill- Kummissjoni Għoli Ingliża imma minn  kumpanija f’Belfast.

 

Dr Vincent Galea : F’kummenti ma ġurnalist mill/Guyana inti semmejt li kien ilGvern Ingliż li tterminalek il-kuntratt.

 

Dr Sittlington. Le  mhux huma keċċewni.

 

Dr Galea : Fil-Guyana int kellek issue għax waqt li kont qed tagħmel xogħol għall-Gvern Ingliż waqqaft kumpanija privata u użajt l-indirizz privat tal-Kap tal-iSpecial Organised Crime Unit tal-Guyana bla permess tiegħu.

 

Dr Sittlington : Mhux vera. Kien hemm animożità kontra tiegħi. Kien hemm artikli fil-gazzetti biex ineħħuni minn posti.

 

 

Aktar qabel;

 

Dr Vincent Galea :  X’kien l-irwol tiegħek fl inkjesta Dr Sittlington?

 

Dr Sittlington : Ma tajtx opinjonijiet. Kont liason officer tal-Magistrat Gabriella Vella, involut f’għajnuna fis-searches u f’analiżi ta data. Ma kont l-awtur tal-ebda parti mir- rapport tal-inkjesta.

 

Dr Galea : Mela għaliex ffirmajt ir-rapport tal inkjesta?  U llum ippreżentajt dokumenti ġodda? Inti ma tqabbadx mill-Magistrat Vella biex tkun liason officer.

 

Dr Sittlington : Parti minn xogħoli kien dak ta’ liason officer.

 

Dr Galea : Fejn kont involut fl-inkjesta?

 

Dr Sittlington : Impossibli ngħid liema parti kont involut fiha.

 

Dr Galea : Min iffirma r-rapport tal-inkjesta?

 

Dr Sittlington : Iffirmaw biss l-awturi.

 

Dr Galea: Inti ffirmajtu?

 

Dr Sittlington : Iva.

 

Dr Galea : Għaliex esperti oħrajn ma ffirmawx?

 

Dr Sittlington : Għax ma kienux l-awturi.

 

Dr Galea :  Int qed tieħu responsabilità sħiħa tar-rapport tal-inkjesta?

 

Dr Sittlington : Le.

 

Dr Galea : Liema parti tar-rapport tieħu responsabilità tagħha ?

 

Dr Sittlington : Kien sforz kollettiv.

 

Dr Edward Gatt : Qed nitlob lill Qorti tordna lix-xhud jindika bil-kitba ta x’hiex qed jerfa’ r-responsabilità

 

 

 

Aktar qabel;

 

 

Il-Maġistrat Montebello TWISSI  lil Sam Sittlington biex jgħid il-verità għaliex jekk le jkun hemm il-konsegwenzi.

 

 

 

 

Aktar qabel 

 

Sam Sittlington : Mhux qed nerfa’ r-responsabilità tar-rapport tal-inkjesta u mhux possibli li nindika liema parti qed nerfa’ r-responsabblita tagħha.

 

Dr Vince Galea : int imma ffirmajtu r-rapport?

 

Sam Sittlington : Iva.

 

Dr Vince Galea : Fejn kont involut fl’ inkjesta?

 

Sam Sittlington : Impossibli ngħid liema parti kont involut fiha.

 

 

 

Aktar qabel;

 

Sittlington: Ma kellix x’naqsam mar-rapport. Ma tajtx opinjoni iżda kont biss liaison officer tal/Magistrat Gabriella Vella.

 

Aktar qabel;

 

Il-Magistrat Rachel Montebello : Il-Qorti wara li semgħet is-sottomissjonijiet qed tordna illi in vista tal-fatt li l-imputati mhux fil-pussess tal-atti kollha li jagħmlu parti mill-inkjesta minħabba li hemm dokumenti esebiti llum, tordna li x-xhud jixhed dwar dak li ġie eżaminat dwaru kif ukoll b’rabta mal-allegata nuqqas ta integrità, u ghall-bqija x-xhud jintalab jixhed ulterjarment.

 

 

Aktar qabel;

 

Sittlington : dwar id-dokumenti nieqsa kkomunikat miegħi il-magistrat Gabriella Vella wara li tkellmu magħha mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali.

 

Dr Edward Gatt : Kif ikkomunikat miegħek il-magistrat Vella?

 

Sittlington : permezz ta’ email

 

Dr Edward Gatt : X’kienet id-data meta ġejt informat li hemm dokument nieqsa?

 

Sittlington : Ma nafx. Irrid nara l-email.

 

Dr Vincent Galea : għandi ħafna mistoqsijiet x’nagħmel lil Sittlington dwar il-kontenut tar-rapport għaliex hemm ineżattezzi kbar.

 

Jien iżda ma nistax nistaqsih fuq dokumenti ġodda li ppreżenta llum u li l-ufficcju tal- Avukat Generali ilu jaf bihom żmien twil.

 

Il-Magistrat Rachel Montebello : Sittlington se jixhed dwar ir-rapport tiegħu kif ippreżentat fl-atti tal-inkjesta u dwar in-nuqqas ta integrità u imparzjalità ta’ xhud, b’riżerva in kwantu għad-dokumenti esebiti llum.

 

 

Aktar qabel

 

L-avukati difensuri ilmentaw għal iktar minn darba li Sittlington mhux jinftiehem meta qed jitkellem.

 

Sittlington ippreżenta USB u sett ta’ dokumenti.

 

Dr Vince Galea : dawn id-dokumenti huma ġodda u neqsin mill-inkjesta?

 

Sittlington : id dokumenti huma ġodda li ma waslux għand il Magistrat3 imma li hemm riferenza għalihom fl-inkjesta.

 

Sittlington jgħid li hu ħejja d dokumenti l-ġodda.

 

Sittlington : “L-esperti ħadu żball u m’għaddewx id-dokumenti kollha lill-inkjesta.”

 

 

Issa beda jixhed Sam Sittlington. Qed jitkellem dwar l-operat tiegħu fl-inkjesta.

 

 

Aktar qabel:

 

Il-Maġistrat Rachel Montebello : Il-qorti ħadet nota tas-sottomissjonijiet u qed tiċħad it talba dwar l-allegat nuqqas ta’ integrità tal-espert. Il-qorti se tisma’ lill-espert biex jixhed fuq materji li l uffiċċju tal- Avukat Ġenerali talab li jiġi mismugħ.

 

Fir-rigward tas/sottomissjonijiet li saru l qortu tirrileva li ma saret ebda talba għar-rikuza tal-espert. Il-qorti f’dan l-istadju tqis illi deċiżjoni dwar din ir-rikuza ma tistax  tittieħed minnha iżda għandha ssir quddiem il-qorti li l-ħtija jew le se tiġi determinata.

 

Ċertament mhux il-kompitu ta’ din il-qorti li tiddikjara xi xhud inammissibbli. Mad-daqqa t’għajn l-allegazzjonijiet li saru li x/xhud huwa nieqes mill-integrità u l/imparzjalità ma jinkwadrawx f’dak li tgħid il liġi. Waqt li li d-difiża se tingħata kull opportunità i tagħmel domandi kollha rilevanti lill-espert, anki domandi li jincidu fuq il-materja ta nuqqas ta integrità, f’dan l-istadju se tisma’ lill-espert skond kif mitlub mill-uffiċċju tal/avukat generali.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *