Search
Close this search box.

Charles Ġuda u l-Banek

Neville Gafa

~ 2 months ago

Charles Ġuda u l-Banek

L-Eċċellenza Tiegħu Charles Ġuda qed jgħid ilna biex inserrħu rasna għax il-Kurja se “tirtira” mill-banek.

 

Huwa qabbad lil Michael Pace Ross biex ngħid dan.  Pace Ross huwa raġel sew u serju.  Kien responsabbli mill-istatistika fi żmien Gonzi.  Daħal il-Kurja għax kapaċi u Nazzjonalist.  Kieku kien Laburist insiha.  Xorta jibqa’ li kapaċi.

 

Iżda ħsibna fidili.

 

Huwa qal lil The Times li l-Kurja trid tnaqqas ix-shareholding tagħha fil-qasam bankarju.

 

“We have started retreating in 2022 and we want to dilute our sharcholding further. This is beneficial both from a pastoral and a financial point of view.”

 

Dan għaliex biegħu l-ishma tal-APS lil pubbliku u naqqsuhom minn 79% ghal 55%.

 

Izda 55% tal-APS u HSBC f’daqqa huma aktar minn 79% tal-APS.  Jekk ibiegħu aktar shares xorta jibqgħu aktar mill-valur li għandhom bħalissa.

 

Bl-Ingliż l-impjegat ta’ Charles Ġuda uża l-kelma “dilution”.

 

Bil-Malti ngħidulha “jitnejjku bin-nies”.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *